Xagħar ewropej Caucasian hair

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal XAGĦAR EWROPEJ ghandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal XAGĦAR b’id waħda li tieħu l-forma ta’ F bis-saba’ l-kbir u l-werrej imissu u s-swaba’ l-oħra mifrudin u bil-pala tħares ’il barra. Is-saba’ l-kbir u l-werrej jaqbdu ftit xagħar mill-ġenb ta’ fuq ir-ras. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal NORMALI. Waqt li x-xufftejn jartikolaw il-kelma ‘normali’, l-idejn jieħdu l-forma ta’ U milwi fil-ġnub. Is-swaba’ tal-U jitilgħu u jinżlu xi darbtejn.

The sign for CAUCASIAN HAIR has two parts. (i) First the sign for HAIR is made with one hand that takes the shape of F with thumb and index finger touching and the other fingers apart and palm facing outwards. The thumb and index finger hold onto some strands of hair from the side top of the head. (ii) Then the sign for NORMAL is made. Whilst the lips articulate the word ‘normali’, the hands take the shape of bent U at the sides. The U fingers move up and down twice or more.